Inizjattiva mill-isbaħ hekk kif illum is-Sur George Mifsud, sid ta’ l-istabbiliment Gormina Bakery & Confectionery organizza ġurnata ta’ donazzjonijiet tad-demm flimkien man-National Blood Transfusion Service – Malta. Minn qalbi nixtieq nagħti ħajr lil dawk kollha li taw id-donazzjoni tagħhom illum, ħafna minnhom għall-ewwel darba.

Meta aħna nagħtu d-demm, nkunu qed insalvaw tlett persuni. Għaldaqstant jien inqis li dawk kollha li taw id-demm tagħhom, mhux biss illum, imma minn dejjem, bħala l-eroj tas-soċjeta’ tagħna.

Ħadt gost ukoll li kelli l-opportunita’ li niltaqa’ ma’ uħud mill-membri tal-komunita’ kummerċjali ta’ San Pawl il-Baħar.





Source