Tassew kburija bit-tfal tagħna, li llum, għal darb'oħra wrew kemm tassew għandhom xi jgħidu sabiex lkoll flimkien naħdmu favur il-Miri Għall-Iżvilupp Sostenibbli. Kien dan propju wieħed mill-għanijiet tas-sessjonijiet tas-Secret Garden li l-Fondazzjoni ta' Malta għall-Ġid tas-Soċjeta' għamlet waqt SkolaSajf din is-sena.

Nieħu din l-opportunita' sabiex nirringrazzja lill-Onor Speaker, li għal darb'oħra offra spazju fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, sabiex lkoll nifhmu li t-tfal għandhom dritt isemmgħu leħinhom u li aħna, bħala adulti, għandna d-dritt li nisimgħu dak li qed jgħidu.

Nappella lill-politiċi tagħna, sabiex tassew iqisu kliem it-tfal tagħna, u jiftakru fih speċjalment meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw bl-aktar mod dirett il-futur tat-tfal tagħna stess.

The Malta Foundation for the Wellbeing of Society
Eurochild
Evarist Bartolo David Agius Alex Muscat Robert Cutajar Silvio Parnis Clyde Puli Stefan Zrinzo Azzopardi Toni Bezzina







Source